Denise Mulholland
Biografija
Denise Mulholland hija direttriċi, kittieba u edukatriċi freelance ibbażata f’Malta. Twieldet fl-Iskozja, tħarrġet fl-Universita ta’ Glasgow u r-Royal College of Music f’Londra. Ilha l-għalliema prinċipali ta’ Teatru Manoel Youth Theatre għall dawn l-aħħar 5 snin. Il-produzzjonijet tagħha jinkludu Peculiar Children, CLUB (magħżula biex tittella’ fi Glasgow taħt il-patroċinju ta’ National Theatre Scotland u f’Edinburgh fit-teatru Traverse) The Three Sunsets, Rubbish u Shakespeare in Pieces. L-aktar produzzjoni reċenti ma’ TMYT kien il-premier ta’ musical ġdid miktub minn Luke Saydon għal Valletta 18, bit-titlu HUSH. HUSH kien ir-riċevitur tal-premijiet tal-Kunsill tal-Arti għal ‘L-aqwa xogħol għal udjenza żagħżugħa’ u ‘L-produzzjoni tas-sena’.
Produzzjonijiet oħra li li ddireġiet kienu l-opra Pagliacci, Elisir d’amore u Orphee għat-Teatru Manoel; Company u The Wizard of Oz (MADC); 100 (Theatre Anon); Oliver, Dazzle, Dracula Spectacula, Hair, Sparkleshark, Teechers, Jesus Christ Superstar, The Stones and Grease (Stagecoach Malta); My Fair Lady, Hairspray u The Widening Gyre (FM productions); EKHO (University of Malta); Elisir d’amore u Lucia di Lammermoor għal Belle Ile-en-Mer Opera Festival, Brittany; Ernest and the Pale Moon and Jamboy għal The Shrinking Violets; Il-Qtates ta max-Xatt, opra ġdida għat-tfal minn Teatru Malta; The Three Sunsets, Peculiars u Fences for School of Performing Arts, Malta. Kienet id-drammaturgu għall-produzzjonijiet Carmen u Pandora’s Box għal Moveo Dance Company u Home, Bahr u Carmen għal ŻfinMalta productions. Il-pjanijiet tagħha għall-ġejjieni jinkludu l-opri Don Giovanni fi Franza fl-2020 u Ariadne Auf Naxos fit-Teatru Manoel fl-2021.