Debbie Scerri
Biografija
Debbie hija wiċċ popolari fix-xena tal-muzika Maltija. Fl-1997 bil-kanzunetta ‘Let me Fly’ hija kienet l-ambaxxatrici għal Malta fil-’Eurovision Song Contest’, li ġabilha diversi successi u opportunitajiet fl-Awstralja, l-Kanada, l-iStati Uniti u Ċipru b’kollaborazzjoni ma’ artisti Ċiprijotti. Hija rebħet diversi awards prestiġġjużi lokali u barra. Debbie ħadmet ukoll f`diversi produzzjonijiet muzikali mal-aqwa esponenti f`Malta. Fosthom, l-aħwa Spiteri Lucas u Yada Dance Company. Nafuha wkoll bħala preżentatrici ta` bosta programmi televiżivi kif ukoll fuq ir-radju.
Fost ir-repertorju vast tagħha, insibu l-albums ‘Having You’, ‘Tbissima’, u ‘Tgħannieqa mingħand il-Maltin’ u s-CD singles ‘Born to Love’, ‘Let me Fly’, ‘Era the Dance Show’ u ‘Perfect Timing’. Riċentament, intgħażlett mill-Kummisjoni Gholja Indjana f’Malta sabiex tinterpreta silta popolari għall-komemmorazzjoni ta’-150 sena tat-twelid ta’ Mahatma Gandhi. Debbie hija wkoll membru tal-kor popolari, Animae Gospel Choir.