Angele Galea
Biografija
Angele Galea ħadet sehem f’diversi produzzjonijiet teatrali fosthom Who’s Afraid of Virginia Woolf ta’ Edward Albee (Manoel, 2004), Dwar Menopawsi ta’ Alfred Buttigieg, Minorenni u Muturi High Speed (St James, 2012), Secret Sound Stories (Altofest Valletta, 2018), Apoteosis (2019) u kitbet, ipproduċiet u rreċtat f’Waħda Minna (2019). Hija ħadmet ukoll f’bosta films fosthom Largo Winch (Pan-Européenne, 2007), Agora (Cinébiss, 2008), u Project Icon (Pellikla, 2020). Kienet id-direttur artistiku tal-festival Science in the City għall dawn l-aħħar ħames snien u kienet il-koordinatur tal-edukazzjoni għal Valletta 2018. Hija għamlet diversi reklami tat-TV u użat il-vuċi tagħha għal għadd ta’ reklami fuq ir-radju. Għandha boroż ta’ Studju fuq Piano u Teorija tal-Mużika u hija preżentatriċi fuq TVM għal Maltco Lotteries. Barra minn hekk hija direttriċi artistika għal More or Less Theatre u PR officer tal-Malta Women’s Lobby. Angele hija għalliema reġistrata tal-istorja u t-teknika tal-Arti, il-Piano u t-Teorija tal-Mużika. Hija ħadet sehem f’wirjiet kollettivi varji bil-pitturi tagħha, kif ukoll f’wirjiet solo, l-aktar waħda reċenti kienet The Insanity of Vanity.