XENI – Disinn tal-Kostumi

By Teatru Malta
Ħin
10am - 5pm
Data
Mit-Tnejn 3 ta’ Ġunju sal-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju
Post
Il-Vestwarju ta’ Teatru Malta, fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid

XENI hija l-masterclass tagħna mtellgħa minn professjonisti tal- palk, għat-talent żagħżugħ u ġdid li huma interessati jaħdmu minn wara l-kwinti. Din is-sena, XENI se jkun qed jiffoka fuq id-disinn tal-kostumi mad-disinjatriċi tal-kostumi Irlandiża Joan O’Clery.

Dan il-workshop, li se jkun mifrux fuq ġimgħa, se jkopri l-proċess għad-disinn tal-kostumi, primarjament jiffoka fuq il-kostumi fuq il-palk. Permezz ta’ eżempji mill-vestwarju vast ta’ Teatru Malta u mix-xogħlijiet ta’ Joan, dawk li se jattendu se jitgħallmu dak kollu li għandu x’jaqsam mad-disinn ta’ kostumi mill-aqwa, mill-iscript u għall-kunċett sad-disinn finali.

Il-parteċipanti se jkunu qed jindagaw fl- aspetti kollha tal-proċess tad-disinn u l-komunikazzjoni tal-ideat, kif ukoll, jinvestigaw elementi relatati mal- produzzjoni bħalma huwa l-ewwel ideat tad-disinn sa meta jsir it-tiġrib

XENI – Disinn tal-Kostumi

Il-Vestwarju ta’ Teatru Malta, fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid Mit-Tnejn 3 ta’ Ġunju sal-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju