SEJĦA: XENI – DISINN TAL-KOSTUMI

24.05.24

XENI hija l-masterclass tagħna mtellgħa minn professjonisti tal- palk, għat-talent żagħżugħ u ġdid li huma interessati jaħdmu minn wara l-kwinti. Din is-sena, XENI se jkun qed jiffoka fuq id-disinn tal-kostumi mad-disinjatriċi tal-kostumi Irlandiża Joan O’Clery.

Dan il-workshop, li se jkun mifrux fuq ġimgħa, se jkopri l-proċess għad-disinn tal-kostumi, primarjament jiffoka fuq il-kostumi fuq il-palk. Permezz ta’ eżempji mill-vestwarju vast ta’ Teatru Malta u mix-xogħlijiet ta’ Joan, dawk li se jattendu se jitgħallmu dak kollu li għandu x’jaqsam mad-disinn ta’ kostumi mill-aqwa, mill-iscript u għall-kunċett sad-disinn finali. Il- parteċipanti se jkunu qed jindagaw fl- aspetti kollha tal-proċess tad-disinn u l-komunikazzjoni tal-ideat, kif ukoll, jinvestigaw elementi relatati mal- produzzjoni bħalma huwa l-ewwel ideat tad-disinn sa meta jsir it-tiġrib.

KIF TAPPLIKA?

Min hu interessat huwa mitlub jissottometti dan li ġej bl-Ingliż:

  • Portafoll Artistiku – Semmi kull xogħol relevanti li jesebixxi l-ħiliet tiegħek u l-kisbiet tiegħek fid-dinja tal-arti.
  • Ittra ta’ Motivazzjoni – Ittra ta’ motivazzjoni ta’ 300 kelma fuq għaliex huwa importanti għalik li tissieħeb f’din il-masterclass u x’se ġġib miegħek fid-dinamika tal-grupp. L-applikanti jistgħu jagħżlu li minflok jibagħtu ittra jistgħu jibagħtu filmat qasir.

Dan kollu għandu jintbagħat fuq xeniworkshop@gmail. com sa mhux aktar tard mill-24 ta’ Mejju 2024, f’nofsinhar.

Jekk jogħġbok, ikkuntattjana jekk għandek xi ħtiġijiet għall-aċċess.