Taħdita Teatru
Nhar it-Tnejn ara biċċa teatru, aqbad diskursata u ixrob daqsxejn imbid.
Wara s-suċċess ta’ Taħdita Teatru, li kienet parti mill-programm għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji tat-Teatru tal-2017 kif ukoll l-ewwel eżerċizzju li fih bdejna nisimgħukom, Teatru Malta issa ngħaqad maċ-ċorma ta’ Spazju Kreattiv biex joħloq sena sħiħa ta’ smigħ, arkivjar, dokumetar, dibattiti u ħafna aktar!
Taħdita Teatru hija sensiela magħmula minn dan kollu, imma ejja nsejħulhom ‘Diskussjonijiet’ għalissa. Dawn id-diskussjonijiet se jkunu qed jiddibattu l-produzzjonijiet ta’ Teatru Malta u Spazju Kreattiv. Dan l-eżerċizzju se jkun qed jiddokumenta t-teatru kontemporanju f’Malta, filwaqt li jkun qed jagħti pjattaforma lill-artisti u lill-udjenzi biex jiddiskutu, jikkritikaw, ifaħħru, jargumentaw, jitħalltu, jixorbu, u jekk ikun hemm bżonn, jiżfnu.