Studio Francis Ebejer
Teatru Malta, Teatru Manoel u Spazju Kreattiv f’kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Arti ngħaqdu biex iniedu l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-inizjattiva ‘Studio Francis Ebejer’. Għalhekk qed issir stedina lil dawk il-kittieba li jixtiequ jissottomettu skripts għal drammi kemm għat-teatru kif ukoll għar-radju, primarjament bil-lingwa Maltija.
Studio Francis Ebejer jippreżenta minjiera ta’ opportunitajiet għal kittieba ta’ skripts ġodda u ta’ esperjenza, sabiex iwittu t-triq għall- kitbiet tagħhom biex jieħdu l-ħajja fuq il-palk. Dan il-programm, li ġie mnebbaħ mill-Premju Francis Ebejer u l-Atelier Francis Ebejer, huwa mfassal biex jipprovdi tagħmir b’riżorsi essenzjali għal riċerka u żviluppi. L-għan tagħna huwa li jikkultiva skripts ta’ kalibru għoli li jkunu tajbin kemm għall-palk u anke għar-radju, li jilħqu l-qofol tagħhom fil-produzzjoni mit-trio tal- istituzzjonijiet nazzjonali kulturali. Is-sena l-oħra, it-Teatru Malta u t-Teatru Manoel kienu fit-tmun tal-programm Studio Francis Ebejer.
Din l-edizzjoni qed tikber b’ambizzjoni flimkien ma’ Spazju Kreattiv li se jingħaqdu bħala ko- produtturi, u bl-appoġġ tal-Kunsill tal-Arti, aħna lesti għall-futur b’saħħtu fejn jidħol ix-xogħol bil- Malti.