Proġett Preca
Il-Proġett ta’ San Ġorg Preca, proġett ibbażat fl-iskejjel u magħmul apposta għall-post fejn se jsir, inbeda minn Teatru Malta u Image Aiguë f’kollaborazzjoni ma’ Valletta 2018, l-Ambaxxata ta' Franza u ŻiguŻajg li jirrikjedi s-sehem tal-istudenti tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca fil-grawnds tal-iskola, fejn workshops tal-arti drammatika mfasslin apposta għandhom jistimolaw il-kreattività, il-konversazzjoni u l-interess tal-istudenti biex dawn jintegraw mal-bqija tal-klassi tagħhom permezz ta’ mezzi innovattivi. Dan kollu se jsir permezz ta’ pastiches maħsubin tajjeb ta’ mużika, test u stampi, li kollha ġew ittestjati diġà mill-grupp teatrali Franċiż magħruf Image Aiguë, li mexxa dan it-tip ta’ workshops f’diversi skejjel madwar id-dinja b’suċċess kbir. L-inizjattiva se tisfida lill-istudenti jaħsbu b’mod differenti minn dak li mdorrijin bih u jaqsmu, jistaqsu, jiżviluppaw u fl-aħħar mill-aħħar joħolqu xi ħaġa li kollha kemm aħna, b’mod sħiħ bħala komunità, nistgħu nsibu valuri u tifsiriet ġodda għaliha.
“Iż-żmien tas-sekondarja mhuwiex żmien faċli. Aħna ma rridu niġġudikaw lill-ebda skola, irridu ngħinu u naraw kif kull tifla u tifel isibu dak li jagħmilhom ferħanin. It-teatru jista’ jkun soluzzjoni, għodda u daqsxejn pjaċir fejn hemm bżonn.”
Team tal-Produzzjoni
Koordinaturi tal-Workshops: Christiane Verciel & Nicolas Bertrand
Collaborators: Image Aiguë
Ko-Produzzjoni: Żigużajg u Valletta 2018
Maniġers: Drama Unit