GAWGAW: Pantomima Fid-dlam
PANTOMIMA FID-DLAM ĊAPPA
Il-Pantomima tal-Milied hi tradizzjoni annwali għal ħafna familji Maltin; hu dak iż-żmien speċjali tas-sena fejn igawdu lejla fit-teatru mal-maħbubin tagħhom. Imma ħadd qatt ma waqaf jaħseb dwar l-aċċessibbiltà tagħha, ħadd ħlief TeatruMalta, li kkummissjonat pantomima mmirata lejn udjenza nieqsa mid-dawl.
Mill-bidu l-għan tagħna kien li noħolqu spettaklu fejn kull min hu fl-udjenza jkollu l-istess esperjenza, li waslitna nieħdu d-deċiżjoni li l-ispettaklu jsir fi dlam ċappa. Ħassejna li ma kienx jagħmel sens li noħolqu produzzjoni li xorta kellha bżonn il-viżwali biex titgawda l-esperjenza sħiħa tagħha; aħna ma nħarsux lejn id-diżabbiltà bħala limitazzjoni imma bħala varjetà ta’ possibbiltajiet.
Il-mit Malti se jingħata l-ħajja minn kast eċċezzjonali fosthom Chucky Bartolo bħala d-Dama, Samuel Farrugia bħala t-Tfajjel Ewlieni, u Joseph Zamm u Davinia Hamilton. Ingħaqad magħna għal din l-esperjenza sensorjali maġika li hi l-ewwel tat-tip tagħha f’Malta.
Tim Kreattiv
- Chucky Bartolo
- Joseph Zammit
- Davinia Hamilton
- Samuel Farrugia
Team tal-Produzzjoni
Tim Kreattiv
- Diretturi: Marta Vella & Vikesh Godhwani
- Kittieba: Marta Vella & Vikesh Godhwani
- Maniġers: Marta Vella & Vikesh Godhwani
- Disinn tal-ħoss: Mario Sammut
- Vocal Coach: Sean Borg
Tim tal-Produzzjoni
- Maniġer tal-Palk: Analisa Schembri
- Assistenta Maniġer tal-Palk: Lorriane Bugeja
Kollaboraturi
- CRPD (Commission for the Rights of People with Disability)
- LESA
- Esplora