KLASSI TAS-SURMAST – THE SUZUKI METHOD

By Teatru Malta
Ħin
Warm up: 13:30 - 14:00 L-Ewwel Parti: 14:00 - 16:30 Pawża: 16:30 - 17:30 Warm Up: 17:30 - 18:00 It-Tieni Parti: 18:00 - 20:30
Data
Mit-Tnejn 15 sal-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2024
Post
Theatre Next Door Triq Il-Kapella Ta Santa Marija, Naxxar, Malta

F’Lulju li ġej, il-kumpanija Teatru Malta se tkun qed tintroduċi workshop ġdid għal Malta ‘Suzuki Method of Actor Training’. Addattat għal dawk kollha li jaħdmu fit-teatru, minn atturi għal diretturi, dan il-workshop se jkun qed jagħti l-opportunità lil dawk li jieħdu sehem fih li jitgħallmu l-metodu Suzuki.

L-għan ewlieni ta’ dan il-metodu huwa li jdur dawra mat-totalità tal- ġisem uman fil-kuntest teatrali u jiskopri l-abbiltajiet espressivi intrinsiċi tal-attur. Din hija dixxiplina fiżika rigoruża, li ssawret minn diversi influwenzi varji fosthom il-ballet, it-teatru tradizzjonali Ġappuniż u Grieg u l-arti marzjali, bil-għan li ssaħħaħ l-attur kemm b’mod emozzjonali u anke b’dak fiżiku.

Is-‘Suzuki Method of Actor Training’ ġie maħluq minn Tadashi Suzuki u l-workshop se jkun immexxi minn Mattia Sebastian Giorgetti, li huwa msieħeb ta’ SCOT.

KLASSI TAS-SURMAST – THE SUZUKI METHOD

Theatre Next Door Triq Il-Kapella Ta Santa Marija, Naxxar, Malta Mit-Tnejn 15 sal-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2024