SEJĦA: KLASSI TAS-SURMAST -THE SUZUKI METHOD
02.06.24F’Lulju li ġej, il-kumpanija Teatru Malta se tkun qed tintroduċi workshop ġdid għal Malta ‘Suzuki Method of Actor Training’. Addattat għal dawk kollha li jaħdmu fit-teatru, minn atturi għal diretturi, dan il-workshop se jkun qed jagħti l-opportunità lil dawk li jieħdu sehem fih li jitgħallmu l-metodu Suzuki.
L-għan ewlieni ta’ dan il-metodu huwa li jdur dawra mat-totalità tal- ġisem uman fil-kuntest teatrali u jiskopri l-abbiltajiet espressivi intrinsiċi tal-attur. Din hija dixxiplina fiżika rigoruża, li ssawret minn diversi influwenzi varji fosthom il-ballet, it-teatru tradizzjonali Ġappuniż u Grieg u l-arti marzjali, bil-għan li ssaħħaħ l-attur kemm b’mod emozzjonali u anke b’dak fiżiku.
Is-‘Suzuki Method of Actor Training’ ġie maħluq minn Tadashi Suzuki u l-workshop se jkun immexxi minn Mattia Sebastian Giorgetti, li huwa msieħeb ta’ SCOT.
IL-MEXXEJ TAL-WORKSHOP
Mattia Sebastian Giorgetti
Mattia huwa direttur u attur, fi sħab ma’ SCOT (Suzuki Company of Toga), u direttur edukazzjonali ta’ Centro Teatro Attivo f’Milan.
L-għanijiet u l-kontenut tal-workshop ta’ dis-sena jinkludu:
- Il-qawwa espressiva, l-użu tal-leħen u l-konċentrazzjoni
- Is-sensittività interna
- L-enerġija primittiva
- Il-leħen tal-ġisem u s-silenzju
KIF TAPPLIKA?
Qed infittxu nies mix-xena tat-teatru, atturi u diretturi, biex jingħaqdu magħna għal din il-masterclass eċitanti. 20 parteċipant biss jistgħu jieħdu sehem f’din il-masterclass.
Parteċipanti interessati huma mitluba li jissottomettu dan li ġej bl-Ingliż:
- Portafoll Artistiku – Semmi kull xogħol relevanti li jesebixxi l-ħiliet tiegħek u l-kisbiet tiegħek fid-dinja tal-arti.
- Ittra ta’ Motivazzjoni – Ittra ta’ motivazzjoni ta’ madwar 300 kelma fuq: Għaliex huwa importanti għalik li tingħaqad f’din il-masterclass?
Dawn għandhom jintbagħtu fuq contact@teatrumanoel. org.mt sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Ġunju 2024, f’nofsinhar.
Jekk jogħġbok infurmana jekk għandek xi ħtiġijiet għall-aċċess.