Il-Klassi tas-Surmast: Rimini Protokoll

By Teatru Malta

Ħin
Data
Il-31 ta' Lulju - 4 ta' Awwwissu
Post
Vincent's Eco Estate, Imġarr

Il-Klassi tas-Surmast, ibbażata fuq il-kelma ‘masterclass’ bl-Ingliż, hija stedinja għal prattikanti fid-dinja tat-teatru biex jagħtu serje ta’ workshops lil grupp ta’ ħallieqa tat-teatru. Il-masterclasses li ta’ kull sena nipprogrammaw ikopru fergħat differenti tal-pedagoġija teatrali. Fosthom insibu lil Claudi Contin Arlecchino (Frar 2018), Stella Pulo (Awwissu 2019), Cheek by Jowl (Settembru 2021) u Complicité (Mejju 2022) bħala esperti passati li ffurmaw parti minn din l-inizjattiva. Din is-sena, Teatru Malta stiednet lil Stefan Kaegi u l-artisti assoċjata Caroline Barneaud mill-kumpanija ta’ ħallieqa tat-tearu bbażati f’Berlin Rimini Protokoll biex jagħtu kors intensiv fuq medda ta’ 5 ijiem bejn il-31 ta’ Lulju u l-4 ta’ Awwissu, 2023.

Helgard Haug, Stefan Kaegi u Daniel Wetzel huma l-fondaturi ta’ Rimini Protokoll li beda fis-sena 2000 u minn dankinhar ħadmu f’bosta forom tat-teatru differenti taħt dan l-istess isem. Minn xogħol għall-ieħor, espandew il-mezzi tat-teatru tagħhom biex joħolqu perspettivi ġodda tar-realtà. Rimini Protokoll ta’ spiss jiżviluppaw xogħlijiet fuq il-palk, intervenzjonijiet, installazzjonijiet performattivi u drammi tal-awdjo flimkien ma’ esperti li kisbu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom lil hinn mit-teatru. Barra minn hekk, huma jħobbu jittrasponu l-kmamar u l-istrutturi soċjali f’forom teatrali. Ħafna mix-xogħlijiet tagħhom jinkludu elementi interattivi u l-użu tat-teknoloġija.

Applikazzjonijiet jiftħu Mejju, 2023

Dati tal-Workshops il-31 ta’ Lulju – 4 ta’ Awwissu, 2023

Il-Klassi tas-Surmast: Rimini Protokoll

Vincent's Eco Estate, Imġarr Il-31 ta' Lulju - 4 ta' Awwwissu