DRAGO: It-Tvenvin ta’ Tornado Tony

By Teatru Malta

Ħin
18:30
Data
1 ta' April
Post
TRAINSTATION SUBART, KRANJ, IS-SLOVENJA

Id-dramm bijografiku tagħna dwar il-leġġendarju Tony Drago jsalpa mix-xtut Maltin

Smajna minnkom. Se nerġgħu ntellgħu DRAGO: l-ewwel waqfa s-Slovenja!

DRAGO: It-Tvenvin ta’ Tornado Tony huwa dramm bijografiku dwar il-ħajja turbulenti tal-leġġendarju Belti Tony “Tornado” Drago tal-isnooker u l-pula ta’ Malta li ttella’ l-ewwel darba fl-2022.

DRAGO qed iniedi l-ewwel tour internazzjonali tiegħu: fuq pjattaforma internazzjonali ta’ xogħlijiet b’Lingwi Ewropej Żgħar li qed isseħħ fis-Slovenja. Id-dramm se jiġi ppreżentat bħala parti mill-proġett ta’ Drama ta’ Lingwi Ewropej Żgħar, li huwa wieħed ta’ koperazzjoni bejn tmien teatri msieħba u mwaqqaf flimkien mal-Creative Europe. It-tnedija internazzjonali se sseħħ waqt il-55 edizzjoni tal-Ġimgħa għad-Drama Slovena, ospitata minn Prešernovo Gledališče Kranj, is-sieħeb ewlieni.

Fis-Slovenja, DRAGO: It-Tvenvin ta’ Tornado Tony se jkun akkumpanjat minn kumpaniji simili għalina, fosthom Sala Beckett (Spanja), it-Teatru Nazzjonali Ivan Vazov (il-Bulgarija), u t-Teatru Nazzjonali tal-Kosovo (il-Kosovo) li kollha se jtellgħu spettakli bl-ilsna nattivi tagħhom, jiġifieri l-Katalan, il-Bulgaru, u l-Albaniż rispettivament. DRAGO se jittella’ bil-Malti għal darba oħra, b’sottotitoli bl-Ingliż u s-Sloven għall-benefiċċju tal-udjenzi internazzjonali.

Proġett Drama of Smaller European Languages huwa ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Madankollu l-fehmiet u l-opinjonijiet huma biss tal-awtur(i) u mhux neċessarjament jirriflettu dawk tal-Unjoni Ewropea jew tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA). La l-Unjoni Ewropea u lanqas l-EACEA ma jistgħu jinżammu responsabbli għalihom.

Tim Kreattiv

Attur: Peter Galea

Team tal-Produzzjoni

Skritt: Andre Mangion

Kunċett u Direzzjoni: Sean Buhagiar

Direttriċi Artistika u Awdjoviżiva: Charlie Cauchi

Direttur Tekniku u Diżinjatur tal-installazzjoni tas-Sound/Vidjo: Niels Plotard

Diżinjatur tad-Dawl: Late Interactive (oriġinali Andrew Schembri, tour – Toni Gialanze’)

Maniġer tal-Produzzjoni: Giuliana Barbaro-Sant u Rowena Zammit

Maniġer tal-Palk: Sara Gauci

Operazzjoni: George Sapiano

 

B’tifkira ta’ Andrew Schembri

DRAGO: It-Tvenvin ta’ Tornado Tony

TRAINSTATION SUBART, KRANJ, IS-SLOVENJA 1 ta' April