#TakeOverThursday: Sean Borg

 Għada ser nafdaw ir-riedni tal-midja soċjali ta’ Teatru Malta f’idejn l-kantant, mużiċist u attur Sran Borg    . Sean żgur mhuwiex isem ġdid fix-xena tal-arti, fil-qalba ta’ liema ilu jaħdem għal bosta snin. Ħaga tal-għaġeb kif bħalissa qed jirnexxilu jlaħħaq ma’ elf proġett, fosthom il-parteċipazzjoni fir-R&D tagħna dwar Il-Fidwa tal-Bdiewa! Għaldaqstant, jekk għandkom aptit tkunu tafu iktar dwar kif Sean iqatta’ l-ġurnata tiegħu, idħlu agħtuh daqqa t’għajn

Sejħa għall-Awdizzjonijiet

Jgħidu li l-qtates għandhom sebat irwieħ, issa jekk hux vera jew le ma nafux. Li nafu huwa li l-qtates adorabbli tagħna waslu għat-tieni waħda! Minflok l-opra, issa imxejna lejn derha ġdida għalkollox    Imma għandna bżonn l-għajnuna tiegħek biex din ir-rappreżentazzjoni tat-teatru tal-pupazzi tkun tista’ tibda! L-istess storja li tmisslek qalbek, l-istess karattri maħbubin, iżda did-darba se jagħtu lill-udjenzi tagħna xi ħaġa ġdida bit-tmexxija ta’ Sean Briffa.

Jekk int interessata fit-teatru tat-tfal u int interessata li tesplora d-dinja tal-pupazzi allura niżżel is-sejħa tal-awdizzjoni tagħna llum. L-iskadenza biex tapplika hija d-9 ta’ Awwissu 2021.

#TakeOverThursday: Dorian Mallia

Għada se nċaqilquk b’xi żifna jew tnejn jew tlieta … għax il-midja soċjali taghna se nħalluha f’idejn wieħed mill-aqwa żeffiena tal-pajjiż, is-Sur Moveo nnifsu! Sinjuri, niqgħu magħna u nagħtu applawż liż-żeffien u direttur artistiku ta’ Moveo Dance Company Dorian Mallia ! Iżda l-iktar ħaġa importanti hi li tidħlu ssegwu

L-AVVIZI: LULJU 2021

Qed tħossuha s-sħana? Tiċċajta! Però dan mhux se jwaqqafna, kemm nindilku bis-sunblock u nħejju ruħna għall-eċċitament tax-xhur li ġejjin.

 Teatru Redifjuxin, is-serje ġdida ta’ podcasts tagħna għaddejja sew u diġà intervistajna lid-direttur tal-Proġett Manwel Dimech, Victor Jacono, kif ukoll lid-direttur tal-moviment ta’ Nouveau Riche, Dorian Mallia. Waqt li qed tistenna bil-paċenzja t-tielet episodju tagħna li għandu joħroġ fl-aħħar ta’ Lulju, għaliex ma tismax l-ewwel 2 episodji? Huma twal biss madwar 20 minuta, perfetti għall-waqt li tkun qed issuq lejn ix-xogħol filgħodu, speċjalment jekk ikun hemm balla traffiku.

L-atturi li se jissejħu lura wara l-awdizzjonijiet virtwali tal-Proġett Manwel Dimech se jkunu qed jagħmlu awdizzjonijiet bi preżenza fiżika u mhux virtwalment (bilkemm irridu nemmnu li qed ngħidu hekk) f’Lulju, hekk kif nersqu eqreb lejn il-provi b’antiċipazzjoni tal-premiere kbir tal-ispettaklu f’Diċembru. Sejħa oħra għall-provi se tinħareġ ukoll dan ix-xahar, iżda din id-darba qed infittxu mara kapaċi tħaddem il-pupazzi! Hekk hu! Il-favorita tal-2019 – Il-Qtates ta’ max-Xatt – se tkun qed tirritorna dalwaqt u titmexxa minn ħadd ħlief l-imgħallem tal-pupazzi nnifsu, Sean Briffa. Żomm għajnejk miftuħin għax qatt ma tista’ tobsor x’tip ta’ inkwiet jistgħu jidħlu fih dawn il-qtates meta jitħallew waħedhom!

Grazzi lil dawk kollha li applikaw biex jiffurmaw parti mit-tim tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ Fidwa tal-Bdiewa. Għandna seba’ mitt sena biex narawkom taħdmu mal-aħwa The New Victorians matul dan il-workshop intensiv ta’ tlett ijiem, aktar tard dan ix-xahar. M’hemm xejn aħjar minn xogħol kreattiv f’tim biex jgħinna negħlbu s-sħana, ma taħsibx? Għandna ġenn biex naraw biex se toħorġu!

Fl-aħħar iżda ċertament mhux l-inqas, Teatru Malta għandu xi aħbar eċċitanti; kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Istudji tat-Teatru tal-Università ta’ Malta biex joffri borża ta’ studju li twassal għal … drum roll jekk jogħġbok maestro … PhD fit-Teatru! Il-kandidat li jirnexxi se jaħdem biex jikkontribwixxi għad-dokumentazzjoni u l-analiżi kritika tal-istorja tax-xogħol teatrali lokali. Waqt li jaħdem jew taħdem taħt is-superviżjoni tal-Prof. Vicki Ann Cremona u ta’ Dr Marco Galea, il-kandidat jew kandidata se jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom id-database tar-rekords impressjonanti ta’ dan id-dipartiment. Aktar informazzjoni dwar kif tapplika ser tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin allura ibqa’ sintonizzat magħna, għax il-futur tal-istorja tat-teatru tagħna jiddependi minn hekk!

Jekk ma tħobbx taqra fit-tul tista’ tagħżel il-verżjoni ta’ bulletini ta’ dawn l-avviżi billi tikklikkja hawn … Għaliex ma għidniex dan fil-bidu? Għax probabbilment ma kontx taqra s’hawn kieku, le?

 

Teatru Redifjuxin Ep2: Dorian Mallia

Waslet it-tieni puntata ta’ Teatru Redifjuxin u bla telf ta’ ħin se niżvelaw min huwa t-tieni mistieden tagħna … Ħadd ħlief id-direttur tal-moviment ta’ Nouveau Riche, Dorian Mallia! Idħlu biex tisimgħu lil Dorian:

Jikxef xi dettalji minn wara l-kwinti dwar Simon Bartolo u Nouveau Riche
Jgħidilna dwar iż-żmien li qatta’ Londra
️Jispjegalna x’ġara eżattament fuq il-palk!

Dan u aktar fuq soundcloud -> ismagħna hawn

@teatrumalta

#TeatruRedifjuxin ma’ Dorian Mallia #fyp #foryoupage #foryoupagemalta #fypmalta

♬ original sound – Teatru Malta

#TakeoverThursday: Alex Weenink

It-#takeoverthursday ta’ għada ġie fdat f’idejn l-attur u bniedem tat-teatru Alex Weenink ! Meta ma jkunx qed jipparteċipa f’workshops jew jirreċta fi produzzjonijiet tal-isem bħall-produzzjoni tagħna “Pope Joan” fl-2019, Alex iħobb iżomm ruħu okkupat billi jagħmel dak li jagħmlu l-aħjar in-nies tat-teatru, jippjana u jimmaġina … kurjuż biex tara x’qed jagħmel? Nistgħu biss nittamaw li jikxef xi ftit minn dak li għaddej minnu, imma aħna naħsbu li niskopru biss jekk insegwuh!

Cast Announced: Nouveau Riche

Teatru Malta b’kollaborazzjoni ma’ Moveo Dance Company huma kburin li fl-aħħar iħabbru l-kast għall-produzzjoni li jmiss fl-2022 Nouveau Riche! Ma nistgħux inkunu aktar eċċitati meta naraw liż-Żeffiena tal-Moveo Dance Company jaħdmu id f’id mal-atturi Antonella Axisa, Sean Briffa, u Victor Debono biex jagħtu ħajja d-dramm ta’ Simon Bartolo u b’koreografija ta’ Dorian Mallia ❤️ ibqgħu attenti għal aktar aġġornamenti u agħtu ħarsa lejn xi siltiet minn l-iktar qari reċenti tagħna tal-iskritt Nouveau Riche!

Kast:
Moveo Dance Company
u
Antonella Axisa,
Sean Briffa,
Victor Debono

Sejħa għall-atturi: Proġett Manwel Dimech

SEJĦA GĦAL AWDIZZJONIJIET: Teatru Malta qed ifittxu performers ta’ 18-il sena jew aktar li jkunu disponibbli f’Diċembru 2021 għal proġett mużiko-teatrali dwar Manwel Dimech. Il-proġett għandu kitba u direzzjoni ta’ Victor Jacono, u kompożizzjoni u direzzjoni mużikali ta’ Kris Spiteri. Id-data ta’ skandenza għall-applikazzjonijiet hija t-Erbgħa 30 ta’ Ġunju f’nofsinhar. Titilfux din l-opportunità li tkunu parti minn din il-produzzjoni

Niżżlu s-sejħa llum!

TakeOverThursday: Mireille Estelle Camilleri

Bħalissa qegħdin nippakkjaw il-bagalji #TakeoverThursdays tagħna għax sejrin fuq vjaġġ tax-xogħol fi Graz, l-Awstrija ! Lil min se nsegwu din id-darba? Ħadd ħlief il-koordinatriċi tal-programm artistiku tagħna, Mireille Estelle Camilleri, li se tkun qed taġġornana live mill-Konvenzjoni Ewropea tat-Teatru 2021 għada l-ġurnata kollha!
.
Idħol segwi lil Teatru Malta waqt din iż-żjara fi Graz għada l-Ħamis, żgur li se tieħu pjaċir