L-AVVIZI: LULJU 2021

Qed tħossuha s-sħana? Tiċċajta! Però dan mhux se jwaqqafna, kemm nindilku bis-sunblock u nħejju ruħna għall-eċċitament tax-xhur li ġejjin.

 Teatru Redifjuxin, is-serje ġdida ta’ podcasts tagħna għaddejja sew u diġà intervistajna lid-direttur tal-Proġett Manwel Dimech, Victor Jacono, kif ukoll lid-direttur tal-moviment ta’ Nouveau Riche, Dorian Mallia. Waqt li qed tistenna bil-paċenzja t-tielet episodju tagħna li għandu joħroġ fl-aħħar ta’ Lulju, għaliex ma tismax l-ewwel 2 episodji? Huma twal biss madwar 20 minuta, perfetti għall-waqt li tkun qed issuq lejn ix-xogħol filgħodu, speċjalment jekk ikun hemm balla traffiku.

L-atturi li se jissejħu lura wara l-awdizzjonijiet virtwali tal-Proġett Manwel Dimech se jkunu qed jagħmlu awdizzjonijiet bi preżenza fiżika u mhux virtwalment (bilkemm irridu nemmnu li qed ngħidu hekk) f’Lulju, hekk kif nersqu eqreb lejn il-provi b’antiċipazzjoni tal-premiere kbir tal-ispettaklu f’Diċembru. Sejħa oħra għall-provi se tinħareġ ukoll dan ix-xahar, iżda din id-darba qed infittxu mara kapaċi tħaddem il-pupazzi! Hekk hu! Il-favorita tal-2019 – Il-Qtates ta’ max-Xatt – se tkun qed tirritorna dalwaqt u titmexxa minn ħadd ħlief l-imgħallem tal-pupazzi nnifsu, Sean Briffa. Żomm għajnejk miftuħin għax qatt ma tista’ tobsor x’tip ta’ inkwiet jistgħu jidħlu fih dawn il-qtates meta jitħallew waħedhom!

Grazzi lil dawk kollha li applikaw biex jiffurmaw parti mit-tim tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ Fidwa tal-Bdiewa. Għandna seba’ mitt sena biex narawkom taħdmu mal-aħwa The New Victorians matul dan il-workshop intensiv ta’ tlett ijiem, aktar tard dan ix-xahar. M’hemm xejn aħjar minn xogħol kreattiv f’tim biex jgħinna negħlbu s-sħana, ma taħsibx? Għandna ġenn biex naraw biex se toħorġu!

Fl-aħħar iżda ċertament mhux l-inqas, Teatru Malta għandu xi aħbar eċċitanti; kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Istudji tat-Teatru tal-Università ta’ Malta biex joffri borża ta’ studju li twassal għal … drum roll jekk jogħġbok maestro … PhD fit-Teatru! Il-kandidat li jirnexxi se jaħdem biex jikkontribwixxi għad-dokumentazzjoni u l-analiżi kritika tal-istorja tax-xogħol teatrali lokali. Waqt li jaħdem jew taħdem taħt is-superviżjoni tal-Prof. Vicki Ann Cremona u ta’ Dr Marco Galea, il-kandidat jew kandidata se jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom id-database tar-rekords impressjonanti ta’ dan id-dipartiment. Aktar informazzjoni dwar kif tapplika ser tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin allura ibqa’ sintonizzat magħna, għax il-futur tal-istorja tat-teatru tagħna jiddependi minn hekk!

Jekk ma tħobbx taqra fit-tul tista’ tagħżel il-verżjoni ta’ bulletini ta’ dawn l-avviżi billi tikklikkja hawn … Għaliex ma għidniex dan fil-bidu? Għax probabbilment ma kontx taqra s’hawn kieku, le?