Sejħa għall-Awdizzjonijiet
Jgħidu li l-qtates għandhom sebat irwieħ, issa jekk hux vera jew le ma nafux. Li nafu huwa li l-qtates adorabbli tagħna waslu għat-tieni waħda! Minflok l-opra, issa imxejna lejn derha ġdida għalkollox Imma għandna bżonn l-għajnuna tiegħek biex din ir-rappreżentazzjoni tat-teatru tal-pupazzi tkun tista’ tibda! L-istess storja li tmisslek qalbek, l-istess karattri maħbubin, iżda did-darba se jagħtu lill-udjenzi tagħna xi ħaġa ġdida bit-tmexxija ta’ Sean Briffa.
Jekk int interessata fit-teatru tat-tfal u int interessata li tesplora d-dinja tal-pupazzi allura niżżel is-sejħa tal-awdizzjoni tagħna llum. L-iskadenza biex tapplika hija d-9 ta’ Awwissu 2021.