Zoe Camilleri

Direttrici

Biografija

Zoe Camilleri hija żeffiena bbażata f’Malta, bdiet tiżfen ta’ 3 snin u minn hemm nibtet imħabba lejn iż-żfin li għadha tħeġġeġ sal-lum. Tħossha xxurtjata li tista’ taqsam iż-żfin u l-moviment ma’ ħafna nies differenti. Bħala artista fuq il-palk, taqsam it-talent taż-żfin mal-udjenzi tagħha, bħala għalliema taqsmu mal-istudenti, bħala koreografa u direttriċi tal-moviment ma’ artisti oħra bħalha, meta toħroġ taqsmu mal-ħbieb u waqt li tkun qed issajjar id-dar taqsmu mal-kelb, Julius. Zoe hija wkoll ħajjata u għandha ditta tal-moda sostenibbli bl-isem Zowij.Makes fejn tħit ħwejjeġ b’idejha stess waqt li tuża drappijiet vintage u drappijiet li kienu jagħmlu parti minn xi gwardarobba maħbuba ta’ ħaddieħor.