Philip Leone Ganado

Direttur

Biografija

Philip Leone Ganado tħarreġ fil-London Academy of Music in Dramatic Arts (LAMDA), fejn gradwa b’Masters fid-direzzjoni fl-2020. Waqqaf il-kumpanija WhatsTheirNames Theatre, magħrufa l-iktar għas-serje Shakespeare in the Pub (2016 – 2018) u Shakespeare in the Garden (2020 – sal-lum). Idderieġa u pproduċa ‘Two Gentlemen of Verona’, ‘Twelfth Night’, ‘Much Ado About Nothing’, ‘Measure for Measure’, ‘A Midsummer Night’s Dream’, ‘Romeo and Juliet’ u ‘As You Like It’. Idderieġa wkoll ‘Constellations’ (2013), ‘Image of an Unknown Young Woman’ (2016), ‘Skieken f’Tiġieġ’ (2022), ‘sitt ġrajjiet u naqra għala spiċċajna (kif spiċċajna)’ (2022) u ‘The Trials of Magnus Coffinkey’ (2023). Bħala attur ħadem f’’Bariona’ (2010), ‘The Pride’ (2015), ‘Romeo and Juliet’ (2015), ‘An Enemy of the People’ (2018), ‘Class’ (2022) u ‘The Best European Show’ (2023).