Nadine Farrugia

Attriċi

Biografija

Nadine Farrugia bdiet bħala animatriċi, tagħti gost lill-udjenzi f’resorts f’Malta u fil-Greċja. Wara għaxar snin, espandiet il-karriera tagħha billi esplorat oqsma oħra tal-arti tal-ispettaklu fosthom il-juggling, it-televiżjoni, u l-immudellar, sakemm skopriet il-passjoni tagħha għat-teatru. Bdiet it-taħriġ tagħha fir-reċtar, żfin, u kant mill-ewwel ma’ numru ta’ skejjel lokali tal-arti tal-ispettaklu. Matul is-sena li għaddiet dehret fi Sweeney Todd the Musical, MADC One Act Plays u Il-Gibbieb Għomru Qasir, u tinsab ferħana mmens li ser tagħmel parti minn Dik is-Siġra f’Nofs tat-Triq. Il-vjaġġ tagħha witta t-triq għal kapitlu ġdid u eċċitanti li fih għandha l-għan li ssegwi l-ħolma tagħha li ssir artista stabbilita!