Monique Dimech

Attrici

Biografija

Reċentement Monique kellha l-irwol ta’ Constanze fil-produzzjoni Amadeus li tellgħu Masquerade fit-Teatru Manoel. Hija ffurmat parti mit-Teatru Manoel Youth Theatre (TMYT) mill-2017. Taħt id-direzzjoni ta’ Denise Mulholland, kellha sehem kemm f’Shakespeare in Pieces (2017) kif ukoll f’Hush (2018) fit-Teatru Manoel. Barra minn hekk, hija ħadet sehem fi Students’ Fest tal-Università ta’ Malta għall-erba’ snin li għaddew, u kellha diversi rwoli ewlenin bħal Mulan u Mrs Potts, waqt li kienet qed tistudja għal Baċellerat fl-Edukazzjoni fit-Taljan u fil-Franċiż. Monique ħadet sehem ukoll f’dawn il-pantos: Merry Poppins, Treasure Island, u Alice in Wonderland. Fl-2017, Monique kienet Anne fid-dramm Arrival fl-MADC One Act Play Festival fejn kienet nominata għall-Aqwa Attriċi. Produzzjonijiet reċenti oħra jinkludu The Crucible, Baxx Baxx, Ninu u Glitter Punch.