Miguel Formosa

Attur

Biografija

Gradwa fl-Istudji tat-Teatru u l-Komunikazzjoni mill-Università ta’ Malta u jħobb kemm it-teatru u anke ċ-ċinema. Fl-2021 ġie magħżul għall-programm ‘Artivisti’ li l-qofol tiegħu kien produzzjoni teatrali ‘KomduSkomdu’ taħt id-direzzjoni ta’ Lee-N Abela u miktuba minnhom it-tnejn li mbagħad reġgħet ġiet imtellgħa fi spazju differenti fil-Junior College fl-2023. Ġie wkoll magħżul biex jieħu sehem fil-produzzjoni ta’ Spazju Kreattiv ‘Ġiraffa Ħarbet Minn Kastilja’ b’direzzjoni ta’ Daniel Azzopardi, u f’‘Għanqbut f’Moħħha’ ta’ Tyrone Grima li kienet imtellgħa riċentament fil-VCT.

Flimkien ma’ għadd ta’ produzzjonijiet u rappreżentazzjonijiet diversi oħra, waħda mill-iktar produzzjonijiet ewlenin tiegħu hija li flimkien ma’ tliet artisti oħra, jipproduċi produzzjoni b’verżjoni kontemporanja dwar it-Traġedja Griega bl-isem ‘Xi Traġedja’ miktuba minn Jacob Piccinino b’direzzjoni ta’ Lee-N Abela u mtellgħa f’Cafè Riche fil-Birgu, li kienet innominata għall-aqwa produzzjoni tal-2023 fil-Malta Arts Award.

Produzzjoni