Martina Żammit

Żeffiena

Biografija

Martina twieldet f’Malta fl-1987. Ingħaqdet mal-Olivia Dow School of Russian Ballet f’Malta u  hemmhekk studjat is-Sistema Legat, fejn laħqet il-livell ta’ ‘solista’ fil-ballet u l-livell ‘anzjan’ ta’ tagħlim, waqt li kienet tieħu sehem fil-produzzjonijiet kollha tal-iskola. Martina lestiet tliet gradi fl-Università ta’ Malta: l-ewwel Baċellerat fl-Ingliż u l-Arkeoloġija, warajh Masters fl-Ingliż (Letteratura moderna u kontemporanja u Kritika). Waqt li kienet qed tistudja għall-Baċellerat fl-Istudji tad-Danza fl-istess università ġiet introdotta għaż-żfin kontemporanju. Martina ngħaqdet ma’ ŻfinMalta fl-2014.