Martina Schembri

Attriċi

Biografija

Martina Schembri (m.2006) hija attriċi żgħira li tħobb it-teatru. L-imħabba li Martina għandha lejn l-arti performattiva bdiet meta kienet żgħira ħafna meta kienet tieħu pjaċir tieħu sehem fid-drammi u l-kor tal-iskola. Fl-2014, hi bdiet tmur għal-lezzjonijiet tal-mużika teatrali f’Masquerade biex issegwi l-ħolma tagħha fit-teatru. Fl-2016, hi bdiet tmur għal-lezzjonijiet tal-vuċi ma’ Julie Zahra, u aktar tard f’2020 ingħaqdet mal-Kumpanija għaż-Żgħażagħ ta’ Masquerade taħt id-direzzjoni ta’ Stephen Oliver. Hija riċentament irċeviet riżultat ta’ distinzjoni fl-O level drama u hi qed tkompli tistudja u titgħallem. Martina hija fl-aħħar sena tagħha fl-iSkola tal-Arti Viżiva u Performattiva ta’ Malta u għandha l-għan li tkompli ssegwi l-istudji tagħha fl-arti performattiva. Hija ħadet sehem f’produzzjonijiet ma’ Masquerade u ma’ kumpaniji oħrajn. Apparti li ħadet sehem f’bosta kompetizzjonijiet  ġiet it-tieni fil- Konkors Kanzunetta Indipendenza Jr (2019) bil-kanzunett tagħna ‘Ċafċifa’, hijal wkoll kienet finalista fih fl-2020.  Fl-2019 hija u wkoll kienet parti mill-kor tat-tfal tal-produzzjoni ta’ Ġensna ta’ Grapevine Music. Hija wkoll kienet tifforma part mill-Crescendos Vocal Group u ħadet sehem f’diversi masterclasses ma’ artisti barranin. F’Diċembru tal-2018, Martina kienet ingħata l-Unuru Birkirkara mis-Sindku Joanne Debono Grech għall-kisbiet tagħha fl-arti performattiva, u l-abbiltà tagħha li twassal messaġġ bil-kitba u r-reċtar. Bil-faxxinu li għandha lejn l-istorja u l-letteratura, hi taspira li tikteb id-drammi u n-novelli.

Produzzjoni