Marjann Attard
Attriċi
Biografija
Marjann bdiet titħarreġ fl-arti tal-ispettaklu minn età żgħira, wara li wriet interess qawwi fit-teatru. Minn dak iż-żmien, apparti li kompliet it-taħriġ prattiku tagħha, gradwat b’B.A. fl-Istudji Teatrali u bħalissa qed tagħmel M.A fit-Teatru u l-Prestazzjoni fl-Università ta’ Malta. Ilha tgħallem id-drama għal dawn l-aħħar tliet snin, fejn tipprova tgħaqqad l-għarfien akkademiku u prattiku tagħha fil-klassi. Tul is-snin hija kienet involuta wkoll f’numru ta’ produzzjonijiet imfassla, improvizzati, u bi skript – inkluż teatru għat-tfal – fejn interpretat diversi rwoli, kemm komiċi kif ukoll drammatiċi.