Leah Mifsud

Attriċi

Biografija

Leah għandha tnax -il sena u bħalissa hija studenta fuq bażi full time fi ħdan l-Iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva ta’ Malta. Ix-xena mużikali minn dejjem intrigata, u b’hekk bdiet tmur għal-lezzjonijiet tal-vuċi meta kellha 6 snin. Aktar tard, bdiet tmur għal-lezzjoni tal-pjanu u t-teorija tal-mużika, u biex nagħmlu l-affarijiet naqra aktar professjoniali, hi għamlet eżami fil-vuċi, il-pjanu u l-mużika u aktar tard id-drama. Fi ftit żmien ġiet magħżula biex tkun part mill-programma televiżiv lokali Esperti –– u hemm beda l-interess fir-reċtar . Leah bdiet tieħu sehem f’aktar xogħol televiżiv, reklami, u tiegħu sehem f’ħafna films barranin li ġew iffilmjati f’Malta bħal Bharat, Das Boot, The Holiday, Luzzu, is-serje ta’ Apple TV Foundation, The Last Voyager of the Demeter, fost oħrajn. Leah kellha l-ewwel rwol teatral tagħha fl-2018 fejn kienet intgħażlet biex tagħmel il-part ta’ ‘il-ġurdien’ fil-pantomima Maltija Junglebook. Sena wara interpretat il-parti ta’ ‘Ix-Xadina’ fil-panto Aladdin. Dawn iż-żewġ produzzjonijiet ġew prodotti mill-istess kumpanija teatrali; Kumpanija Teatru Rjali. Aktar tard dik is-sena, Leah kellha d-debutt tagħha fil-produzzjoni Just Musicals 7 fejn kienet l-iżgħar fost ħafna artisti lokali. Fl-2019, Leah intgħazlet biex tinterpreta parti fil-musical ta’ Masquerade Matilda li kellu jiġi pospost kawż tal-pandemija, imma intgħażlet mill-ġdid għall-istess produzzjoni li ser isseħħ f’April tal-2022.  Fl-2020, Leah kienet waħda mit-12 -il finalist għall-Kompetizzjoni tal-Eurovision f’Malta fejn ġiet it-tieni mill-voti nazzjonali bil-kanzunetta oriġinali tagħha ‘Anywhere’, u aktar tard f’dak ix-xahar kienet il-kelliema għall-PBS għall-JESC li seħħet il-Polonja. Din mhix l-ewwel darba li Leah qed taħdem ma’ Teatru Malta. Fil-fatt, aktar kmieni din is-sena kienet tagħmel parti mill-edizzjoni speċijali ‘Pandemonju’ tal-festival għat-tfal Trikki Trakki.

Produzzjoni