Karl Cassar

Attur

Biografija

Gradwat mill-Università ta’ Malta fl-istudju Teatrali b’speċjalizzazzjoni fil-pedagogija, Karl Cassar ilu dawn l-aħħar ħames snin jgħallem it-teatru fil-Malta Visual and Performing Arts School. Bħala attur/performer, Karl tħarreġ u ħadem ma’ bosta diretturi ta’ stima għolja fix-xena lokali. Hu kien membru attiv fil-grupp Icarus Performance Project taħt id-direzzjoni ta’ Profs Frank Camilleri għal dawn l-aħħar tlett snin. Dawn is-snin servew fost l-aktar kruċjali fil-formazzjoni tiegħu. Fost ix-xogħlijiet teatrali li Karl ħadem fihom ta’ min isemmi La Reina Project (Icarus Performance Project), The Wizard of Oz (MADC), Bariona (Theatrencore), Osama the Hero (MADC), Jiena Nħobb, Inti Tħobb (Staġun Teatru Malti), Blood Wedding (Teatru Manoel), Inwardly Silent u aktar riċenti Bejn Linja u Oħra (Valletta Cultural Agency)Karl jitħarreġ ukoll fil-kant klassiku mas-soprana Gillian Zammit, liema taħriġ ikabbarlu l-interess fil-ġeneru tal-opra u l-operetti b’mod partikolari. Karl kellu l-opportunità jinterpreta l-karattri ta’ John Styx (Orpheus in the Underworld – TMYO), De Sasse (1551 in Concert (Cittadella), Frank (Showboat – Gaulitana Festival (Gozo)), Conductor (Mo’s Art – TMYO), The Duke of Dunstable (Patience – TMYO), l-Isqof f’Il-Ħanina Madalena, Mario Catania f’Il-Madonna Tiegħi Aħjar Minn Tiegħek u karattru f’Dido and Aeneas (Monteverdi Project Malta). Karl huwa membru ta’KorMalta, tal–Monteverdi Project Malta, fil-kor The New Choral Singers u l-kor maskili: Cappella Sanctae Catharinae li jispeċjalizza fil-mużika redjevali u rinaxximentali.