Il-Madonna Tiegħi Aħjar Minn Tiegħek

By Trevor Zahra / Alex Vella Gregory

“Probabbilment l-ewwel operetta miktuba għall-Banda Maltija dwar is-suġġett favorit tad-dilettanti tal-Banda imma mhux biss, il-festi! Speċjalment il-kult Marjan li huwa tant sinonimu ma’ din il-gżira. Viva l-Madonna tal-Katina u viva l-Madonna tal-Ward!''

Ħin
20:00:00
Data
8-9, 12-16 ta’ Diċembru
Post
Teatru Parrokkjali, Birgu

Xi rħula għandhom il-qaddisin tagħhom, oħrajn għandhom il-Madonni tagħhom. Imma x’jiġri kieku jista’ jkun hawn biss Madonna waħda u raħal trijonfanti wieħed? Mela ħalluha tibda l-ġlieda bejn il-festi! Bil-pinna mirquma u mqarba tal-awtur maħbub Trevor Zahra u l-kompożizzjoni mużikali li ssaħħar tal-entużjast tal-festi Alexander Vella Gregory, għall-ewwel darba se tittella’ operetta b’kollaborazjoni mill-Għaqda Każini tal-Banda ta’ Malta, filwaqt li se ddur ukoll it-teatri fir-reġjuni Maltin differenti kollha. Biex inkomplu nżidu, għall-premiere tagħha, se tkun qed iddoqq il-Banda Nazzjonali Żgħażagħ. Din l-operetta fantasjuża se tkun mistennija bil-ħerqa u għandha tgħaxxaq il-widna ta’ bosta!

Informazzjoni Fuq il-Biljetti

Il-biljetti mhux se jkollhom numru tas-seat fuqhom. L-udjenza jkollha ssib il-post taghha fuq bażi first come first served basis.

Tim Kreattiv

Iz-Zija Katja – Mary Rose Mallia

In-Nannu Fred – Joe Cortis

Roseanne Rossi – Rachel Vella
Mario Catania – Karl Cassar
Missier Roseanne – Aaron Fenech
Missier Mario – Ivan Vella
Omm Roseanne – Dorothy Baldacchino
Omm Mario – Maria Eleonora Zammit
Kappillan – Simon Curmi
Isqof – Mariano Said
Delegat tal-Papa – Manuel Cutajar
Pina – Christine Francalanza

Team tal-Produzzjoni

Tim Kreattiv:

Kompożitur: Alex Vella Gregory
Kittieb: Trevor Zahra
Direttur: Peter Busuttil

Choir Master: Francesca Aquilina

Pjanista: Veronique Vella

Disinn tas-Sett: Ino Bonello

Tim tal-Produzzjoni:

Koordinatur tal-Produzzjoni: Ann Marie Camilleri

Kollaboraturi:

Valletta 2018

Agenzija Żgħażagħ

Għaqda Każini tal-Banda

Il-Madonna Tiegħi Aħjar Minn Tiegħek

Teatru Parrokkjali, Birgu 8-9, 12-16 ta’ Diċembru