Julienne Restall
Biografija
Julienne hija artista ta’ 23 sena minn Malta u bħalissa qed tagħmel baċċellerat (Hons.) f’Prattika ta’ Prestazzjoni Kontemporanja, fir-Royal Conservatoire fl-Iskozja, bis-saħħa tal-Malta Arts Scholarship Scheme.
Julienne għandha għal qalbha f’dak li għandu x’jaqsam mat-teatru; id-direzzjoni kif ukoll il-kitba multidixxiplinarja, il-film u t-televiżjoni. Fil-qalba tal-ipproċessar kreattiv tagħha hemm il-ferħ u l-logħob, li temmen jiffavorixxi l-ħolqien ta’ kontenut awtentiku. L-hena tagħha żżewweġ il-fiżikalità/clowning, il-kummiedja kif ukoll il-liriċiżmu biex toħloq xogħol ġdid u relevanti f’kuntest imfassal.
Julienne moħħha jilħqilha u għandha wkoll it-talent li tinnota u tagħti attenzjoni għad-dettall. Ma ninsewx insemmu l-immaġinazzjoni fertili li għandha biex jirnexxielha ssib dawk l-ispunti ġodda għal proġetti varji. L-akbar talent tagħha huwa l-ispirazzjoni li ssib minn dak kollu li huwa l-wirt Mediterranju tagħha, li jfisser li n-natural tagħha huwa wieħed dħuli, ħabrieki (u b’sens ta’ umoriżmu qawwi).