Fi Do
Żommu ċ-ċineg tal-klieb tagħkom sew, nies! “Fi Do” huwa spettaklu ġdid ippreżentat minn Teatru Malta li, iva, huwa għall-akbar ħbieb tagħna— il-klieb! Iva, qrajtu sew. Dan il-kunċert ġie kkummissjonat speċjalment għall-ħbieb-klieb tagħna.
Għal dan ix-xogħol mużikali bil-kompożjizzjoni ta’ Karl Fiorini li kien mistoqsi biex jispira ruħu mill-ħsejjes li l-klieb iħobbu jisimgħu u li l-umani jieħdu pjaċir jimitaw. Imma tinkwetax, dan l-ispettaklu mhux magħmul għall-ħbeb-klieb tagħna biss, l-umani jistgħu jattendu wkoll! Din il-produzzjoni qed isseħħ bid-direzzjoni ta’ Manifesto Poetico li huma esperti fl-arti tal-”mime” madwar id-dinja. Manifesto Poetico huma magħrufin għall-istil uniku tat-teatru tagħhom li juża l-ispazji, l-immaġinazzjoni u l-immaġinazzjoni kollettiva biex tinħoloq esperjenza emozzjonali. Huma ser ikunu qed jidderieġu lill-ushers u nies li jieħdu ħsieb il-klieb li proprjament huma mimes li jkunu qed jiżguraw li kulħadd ikun qed jitbissem waqt li jkunu qed jidħlu fl-ispazju tal-ispettaklu.
U fejn ser iseħħ tan il-kunċert? Fil-Malta National Park f’Ta’ Qali! Mela ġibu s-siġġijiet, cushions u l-ħbieb-klieb tagħkom u lestu ruħkom għal spettaklu mill-aqwa.
Dan il-proġett qed iseħħ b’kollaborazzjoni ma’ Kor Malta u l–Malta National Park, u huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.
ĊERT: U
LINGWA: N/A
Informazzjoni Fuq il-Biljetti
€ 1 (Klieb) €10 (Standard) €8 (Konċessjonijiet) €5 (Taħt il-25 sena)
Tim Kreattiv
Direzzjoni: Manifesto Poetico
Kompożitur tal-Mużika: Karl Fiorini
Konduttur: Ricardo Bianchi
Koristi: Kor Malta
Disinn tal-Produzzjoni: Isabel Warrington