Joseph Zammit

Attur

Biografija

Joseph Zammit huwa gradwat f’B.A.(Unuri) fl-Istorja u jaħdem bħala tenur u atturi professjonali li ilu fix-xena teatrali jieħu sehem f’aktar minn 90 produzzjoni, kemm f’Malta u barra Minn Malta, f’dawn l-aħħar 12 -il sena. Hoseph ilu student ta’ Dr Andriana Yordanova għal għadd ta’ snin, u kien fir-rwolijiet ewlenin f’opri; kellu rwol ta’ Plut f’ Orpheus in the Underworld  u ta’ amis f’ Aħna Refuġjati. Joseph ukoll ħa sehem f’rwolijiet prinċipali f’ musicals, bħal Che f’Evita, Jame f’ Last 5 Years  (Masquerade) u ‘The Maestro’ f’ HUSH (TMYT). Fuq il-palk, l-aktar rwolijiet notevoli ta’ Joseph jinkludu: Yvan f’ART (WhatsTheirNames Theatre), varjetà ta’ rwolijiet f’When your Hear My Voice (ma’ Dr. Bruce Wall, London Shakespeare Workout), u l-aħħar prestazzjoni solo Jamboy (The Shrinking Violets). Joseph huwa membru oriġinali ta’ WhatsTheirNames Theatre u huwa dejjem preżenti fis-serje Shakespeare at the Pub, fejn ir-rwolijiet li interpreta jinkludu lilu bħala Benedick f’ Much Ado About Nothing u Angelo f’Measure for Measure fost l-oħrajn. Joseph ukoll għandu r-rwol prinċipali fit-teatru għat-tfal flimkien ma’ Malcolm Galea fis-serje More or Less li ratu jirreċta f’diversi skejjel lokali u anke, saħansitra, internazzjonali li jinkludu il-Fringe Festival f’Edinburgu u f’Washington DC. Flimkien ma’ Malcolm Galea, Joseph ukoll kiteb u rreċta għas-serje telviżiva LIFT. L-involviment riċenti tiegħu fuq l-iskrin jinkludi r-rwol tiegħu bħala Kalċidon f’L-Għarusa u dak ta’ Roger Sr. fil-film Is-Sriep Reġgħu Saru Valenużi. Flimkien ma’ dan kollu, Joseph ukoll kiteb u interpreta f’bosta spettakli tal-burlesk flimkien ma’ CreativIsland u interpreta rwolijiet prinċipali f’għaxar pantomimi konsekuttivi –– sitta għal Masquerade u erbgħa għal MADC. Huwa wkoll kellu rwol ewlenija fiż-żewġ Pantos in the Dark; Gawgaw u L-Imbuljuta.

Produzzjoni