Johnathan Mohanni
Biografija
Jonathan Mohnani minn dejjem kien mużiċist u beda meta kellu 6 snina bil-pjanu ‘forte’ u l-kant. Il-prestazzjonijiet ta’ kull sena li kienu jseħħu l-iskola maljr żviluppaw fid-direzzjoni korali u t-taħriġ klassiku fil-vuċi. Huwa dehere f’diversi rwollijiet operatiċi notevoli: ir-rwol prinċipali ta’ Gianni Schicci, Tonio f’Pagliacci, Coppélius in The Tales of Hoffmann, Peter f’Hansel and Gretel, operajiet komiċi, Boatswain f’H.M.S Pinafore, ir-rwol prinċipali f; The Mikado u The Pirate King f’The Pirates of Penzance. Huwa wkoll interpreta bosta siltiet minn musicals bħal Les Miserables, Phantom of the Opera, South Pacific, Show Boat, Fiddler on the Roof u Oliver biex insemmu xi wħud. Waqt li ħa pjaċir jieħu sehem f’bosta spettakli f’ Malta u bħala coach tal-vuċi għar-rebbieħa tal-Malta Junior Eurovision, il-passjoni ta’ Jonathan ħaditu ‘lilhinn minn Malta u sforz ta’ dan, temm il-karriera tiegħu fil-mediċina. Huwa kien il-kantant tal-produzzjoni tal-Costa Crociere li ħaditu lejn destinazzjonijiet imbiegħda. Wara xi ftit staġunijiet, huwa stabbilixxa lilu nnfisu bħala kantant tal-cabaret f’Ċipru u xi snin wara, Spanja, fejn kien ikollu prestazzjonu kull lejl għal xi snin. F’dan iż-żmien, Jonathan beda jipparteċipa fid-dinja taż-żfin ta’ stil Ballroom u Latin, b’ interess entużjast lejn iż-żfin ta’ stil ‘Caribbean’. Bħalissa, huwa jifforma parti mill-kor nazzjonali ta’ Malta, KorMalta, u riċentament ħa sehem f’Otello fit-Teatru Manoel u l-ewwel opera-film Malti, Blat. B’ferħ, issa għadu kemm beda avventura ġdida, iż-żfin fis-stil flamenco.