John Montanaro
Attur
Biografija
L-imħabba għar-reċtar ta’ John bdiet meta kellu 16-il sena. Tul is-snin l-esperjenza tiegħu ffjorixxiet grazzi għal għadd ta’ produzzjonijiet teatrali u professjonali. John ħa l-premju tal-Aqwa Attur fil-One Act Play Festival tal-MADC fl-1999. Kellu wkoll ħafna partijiet ewlenin f’diversi pantomimi u musicals lokali. Ta’ min isemmi wkoll, li John huwa l-aktar magħruf għar-rwol tiegħu fis-sensiela televiżiva ANĠLI. L-iktar ħaġa li jħobb jagħmel huwa li jdaħħaq in-nies permezz tat-teatru, u huwa wieħed mill-fundaturi tal-kumpanija teatrali Mostly Harmless Productions, li jtellgħu ħafna produzzjonijiet u musicals ta’ suċċess. John għandu għal qalbu wkoll l-isport, speċjalment it-triathlon.