Joachim Robbrecht
Biografija
Joachim Robbrecht (imwieled fl-1979, jgħix f’Rotterdam) hu awtur, direttur u attur. Studja l-letteratura fl-Università ta’ Ghent, il-Belġju u d-direzzjoni fl-Iskola tal-Arti ta’ Amsterdam, l-Olanda. Robbrecht iħobb janalizza s-saffi politiċi u storiċi li jagħmlu s-suġġettivitajiet tal-lum billi jaħdem fuq teatru b’direzzjoni post-dixxiplinarja. Jipproduċi produzzjonijiet li mhumiex konvenzjonali iżda li jqanqlu u huma mimlijin għerf. Minbarra l-produzzjonijiet tiegħu stess, jikkollabora ma’ bosta kollettivi teatrali u artisti Olandiżi, fosthom Moeremans & sons, Dood Paard u De Warme Winkel. Jikteb ukoll drammi għal waħda mill-ikbar kumpaniji teatrali nazzjonali tal-Olanda, Toneelgroep Oostpool. Barra minn hekk, sar artist assoċjat tal-grupp teatrali Ġermaniż Andcompany&co, u bħalissa qed jgħallem fl-Amsterdam University Graduate School DAS. Id-drammi tiegħu nqalbu għall-Ġermaniż u kemm-il darba rrappreżenta l-Arti Performattiva Olandiża f’diversi okkażjonijiet f’Istanbul, Vjenna u Berlin. Ix-xogħol tiegħu rċieva l-premji Ton Lutz Prijs, de Charlotte Köhler Prijs and Gouden Krekel u l-premju Ġermaniż għall-kittieba tad-drammi Kaas & Kappes.
Produzzjonijiet li ħadem fuqhom dan l-aħħar huma Tropical Healing (2017), The Great Warmachine (2015), Black Bismarck (2013) u Figaro Desire Machine (2012). Kitbiet riċenti tiegħu jinkludu Crashtest Ibsen Ik Zie Spoken (2016) u Bromance (2016).