Jesmond Tedesco Triccas

Attur

Biografija

Magħruf aħjra bħala t-Triccas, huwa jaqsam in-namra tiegħu mal-arti bejn teatru u mużika. Ikun għal qalbu meta jkun jista’ jesponi ruħu biż-żewġ talenti tiegħu. Matul il-karriera tal-palk interpreta bosta karattri differenti f’musicals bħal Sette Giugno, Żeża tal-Flagship, Rewwixta tal-Bdiewa u Scrooge. Fil-karriera mużikali tiegħu magħruf għax-xogħol li għamel mal-grupp mużikali Freeway fis-snin 80 li ta’ spiss taw prestazzjonijiet fuq il-programm Mill-Garaxx, kif ukoll għal verżjoni bil-Malti satirika ta’ Hotel California. Huwa wkoll wiċċ familjari f’diversi serje lokali fuq it-televiżjoni.