Jacob Piccinino

ATTUR

Biografija

Jacob Piccinino hu prattikant tat-teatru u attur xprunat mill-passjoni tiegħu li jaqsam l-istejjer mal-komunitajiet lokali. Waqt li kien qed jistudja l-Komunikazzjoni u l-Istudji Teatrali fl-Università ta’ Malta, Jacob kien qed jaħdem ukoll freelance ma’ diversi diretturi lokali u internazzjonali. Xahrejn wara li ggradwa fl-2015, Jacob mar joqgħod Pariġi fejn ħa xi taħriġ fl-École Jacques Lecoq. Wara dan il-vjaġġ, Jacob waqqaf il-kumpanija bl-isem “Teatru Triptiku” bl-għan li jieħu n-narrattivi lokali u jagħtihom xejra moderna. L-aktar xogħlijiet riċenti tiegħu jinkludu “Kalypso” (ŻfinMalta) u “Il-Vann Vetrina”.