L-GĦARUSA

By Ġużè Diacono

Addattament ħieles ta' Immanuel Mifsud

Ħin
8PM-9PM
Data
21 sal-31 ta' Ottubru 2022
Post
L-Armerija, Birgu

Dan l-istaġun tal-Halloween, Teatru Malta, f’ko-produzzjoni ma’ Heritage Malta u b’appoġġ mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali se jkunu qegħdin jippreżentaw adattament b’xejn tad-dramm b’att wieħed ta’ Ġużè Diacono, “L-Għarusa” b’kommemorazzjoni tal-110 snin minn twelidu u tal-20 sena anniversarju mill-mewt tiegħu. Id-dramm jiffoka fuq it-turmenti mentali u emottivi ta’ Sor Wistina li daħlet soru wara li rat lill-maħbub tagħha jegħreq u jmut traġikament, b’għajnjejha stess. It-trawma ta’ dan wasslitha biex titlef ir-raġuni tar-realtà, u qarrqet lilha nnifisha fejn bdiet tħawwad il-maħbub mejjet tagħha ma’ Ġesù Kristu nnifsu, iżda Wistina se ċċedi għall-passjonijiet tagħha? Għandna att wieħed biex niskopru dan.

ETÀ: 15+

LINGWA: Malti

TAĦDITA TEATRU: 21 ta’ Ottubru 2022 (Wara l-ispettaklu) 

F’ko-produzzjoni ma’ Heritage Malta u appoġġjat mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u l-Kunsill Malti għall-Arti 

Informazzjoni Fuq il-Biljetti

PREZZ: € 20 (Prezz standard) €5 (Taħt il-25 sena) EUR 30 (Skont tal-anniversarju – ixtri biljett kemm għal Il-Fidwa tal-Bdiewa kif ukoll għal L-Għarusa għal EUR 30 u ffranka EUR 10)

Tim Kreattiv

DIRETTUR: Immanuel Mifsud

DISINJATUR TAL-PRODUZZJONI: Austin Camilleri

KAST: Marceline Galea, Jacob Piccinino, Moira Muscat u Charlotte Formosa

 

L-GĦARUSA

L-Armerija, Birgu 21 sal-31 ta' Ottubru 2022