Isabelle Gatt

Direttriċi

Biografija

Isabelle Gatt (Ph.D Exon) hija lecturer fid-Drama and Theatre Education fl-Università ta’ Malta. Hija tipprattika wkoll it-teatru kemm bħala attriċi kif ukoll bħala produttriċi u direttriċi tat-teatru u t-TV. Hija speċjalizzat fil-programmi televiżivi tat-tfal u l-produzzjonijiet teatrali għat-tfal. Ħadmet kemm bħala membru tal-bord fuq Kumitati Nazzjonali bħaċ-Ċentru għall-Kreattività ta’ San Ġakbu u l-Kunsill Malti għall-Arti.

Isabelle Gatt iggradwat bħala attriċi mill-MTADA u tħarrġet ma’ għadd ta’ kumpaniji teatrali fl-Italja, id-Danimarka u r-Renju Unit. Hija għandha gradi fit-teatru u d-Drama Education mill-l-Università ta’ Malta u l-Università ta’ Exeter. Għal 15-il sena hija ħadmet mat-Teatru tal-Bniedem, b’xogħol fuq kreazzjonijiet ‘devised’ ta’ teatru fiżiku kollettiv. Segwiet l-interess tagħha fil-produzzjonijiet tat-televiżjoni permezz ta’ kors postgradwatorju ta’ “in-plant media-production stage” mar-RAI-ROME/MILAN b’xogħol fi programmi li jixxandru fil-ħinijiet l-aktar segwiti, fosthom Avanzi, Blob, Mi Manda Lubrano (RAI 3), L’Albero Azzurro, Mixer (Minoli), Tocca A Noi (Biagi) (RAI 2), Unomattina (RAI 1) u Audiobox, Radiouno per Tutti, Dentro la Sera. Għamlet xogħol freelance fiċ-ċinema u pproduċiet serje televiżiva tagħha stess għat-tfal (Dinu) fuq TVM.

Isabella hija l-fundatriċi ta’ TQ (TeatruQroqq) Projects u pproduċiet kif ukoll iddiriġiet produzzjonijiet teatrali speċifikament għat-tfal b’ħidma ma’ għalliema waqt it-taħriġ tagħhom. TQ Projects dam għaddej għal 15-il sena kien jiffoka fuq produzzjonijiet ‘devised’ kif ukoll adattazzjonijiet għall-palk ta’ stejjer minn Roald Dahl u Oscar Wilde. Hija kienet waħda mid-direttriċi ta’ Trikki Trakki sa mill-bidu ta’ dan il-Festival.