Irene Christ
Biografija
Irene Christ hija attriċi Ġermaniża, direttriċi tat-teatru u lettur li ħadmet f’teatri prestiġjużi bħal Schauspielhaus Bochum, Düsseldorfer Schauspielhaus, Volksbühne Berlin u aktar reċentement fi Staatstheater Kassel. Kienet tmexxi l-kumpanija Theater Actinghouse Productions f’Malta (li hi biħsiebha tiftaħ mill-ġdid fl-2019, f’kollaborazzjoni ma’ Teatru Malta u l-Festival Internazzjonali tal-Arti ta’ Malta), tagħti lekċers f’Hochschule für Schauspielkunst Ernst Busch f’Berlin u tmexxi grupp tat-teatru għal pazjenti psikjatriċi. Hija dehret fuq it-TV u f’films ippremjati (f’Malta fil-film ta’ Chris Zarb Do Re Mi Fa fost l-oħrajn) u bħalissa qed tirreċta u tidderieġi għal Schlosspark Theater Berlin. Irene taħdem bħala konsulent fil-Berlinale u fin-Netwerk tat-Talent tal-Films Skoċċiżi. Hija tgħix f’Berlin u l-Belt Valletta.