Hannah Attard

Attriċi

Biografija

Hannah ilha titħarreġ fit-teatru mużikali għal dawn l-aħħar 13 -il sena ma’ Stagecoach Theatre Arts School f’Malta. Din tatha bosta opportunitajiet biex tieħu sehem f’varjetà ta’ prdouzzjonijiet lokali li jinkludu: Fiddler On the Roof (2014), il-pantomima ta’ Sleeping Beauty (2018), We Will Rock You (MCC, 2019), u The Little Mermaid: The Panto Under the Sea (2019). Hija wkoll ħadet sehem f’għadd ta’ spettakli barra minn Malta li jinklu:  Cats (Birmingham, 2013), The Sound of Music (Rose Theatre, Kingston, 2019), u The Wizard of Oz (Twickenham, Londra, 2021). Ftit mir-rwoli ewlenin tagħha jinkludu dawk ta’ Ephaba minn The Wiz (Her Majesty’s Theatre, Londra, 2013) u Mama Ogre f’Shrek Jnr. (Malta, 2017). Hannah qed tkompli t-trawwim tagħha fit-teatru b’mod privat flimkien ma’ lezzjonijiet privati fil-kitarra tal-elettriku, waqt li qed tistudja għal Lawrja fil-Psikoloġija fl-Università ta’ Malta. Hannah hija eċitata immens biex tieħu sehem f’produzzjonin tant speċjali, ma’ atturi u attriċi b’daqstant talent, li kollha kemm huma ddedikati biex jaqsmu l-istorja ta’ Manwel Dimech.