Douglas Comley

Attur u Żeffien

Biografija

Douglas tħarreġ fl-Università ta’ Middlesex, Londra, fl-Arti Performattiva u ż-Żfin. Beda l-karriera professjonali tiegħu ma’ Nexus Dance Company taħt id-direzzjoni ta’ Nigel Charnock (DV8). Minn dakinhar ħadem internazzjonalment bħala artist ma’ kumpaniji madwar l-Ewropa. Irritorna f’Wales biex jagħti lekċer fil-Kulleġġ ta’ Edukazzjoni Avvanzata ta’ Gower u sar Uffiċjal għall-Iżvilupp taż-Żfin Maskili għall-organizzazzjoni komunitarja TAN Dance.

Douglas sar id-direttur tal-Kumpanija tat-Teatru taż-Żfin Maskili ta’ Wales imsejħa Dynion, u siefer magħhom internazzjonalment biex jgħolli l-profil taż-żfin maskili li wassal għal Creative Arts Wales Award fl-2010.

Matul dan il-perjodu Douglas kien involut fil-koreografija u fl-implimentazzjoni ta’ diversi ċerimonji tal-ftuħ fuq skala kbira. Dawn jinkludu t-Tazza tad-Dinja tar-Rugby, The Millennium Youth Games, Dubai City Festival, Commonwealth Games u World Gymnaestrade.

Douglas ġie Malta biex jaħdem ma’ Contact Dance Company u YADA. Issa jgħallem għal diversi stabbilimenti f’Malta u jmexxi proġetti ta’ prestazzjoni differenti bi gruppi ta’ età u kapaċitajiet differenti. Bħalissa qed jaħdem ma’ Opening Doors Association, Malta Dementia Society, Incite Motion u Teatru Manoel Youth Dance. Riċentement sar għalliem kwalifikat ta’ Progressive Contemporary Technique.

Din hija t-tieni produzzjoni tiegħu mat-Teatru Anon.