Daniela Carabott Pawley

Attriċi

Biografija

Daniela bdiet it-taħriġ tagħha fil-Malta Drama Centre meta kellha 17-il sena, u kisbet il-LAMDA PCertLAM. Imbagħad ingħaqdet mat-TMYT (Teatru Manoel Youth Theatre) taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Denise Mulholland u wara mat-Teatru Manoel Youth Performers. Xi wħud mill-produzzjonijiet li ħadet sehem fihom kienu The Three Sunsets (2014), Il-Kennies tal-Ġenna (2014) u Hecuba (2016) bħala membru tal-kor; kienet Karla Zerafa f’Ħabbilni Ħa Nirbaħ (2016), Susanna Walcott f’The Crucible (2018) u Lady McDuff f’Macbeth (2019).