Clive Piscopo
Biografija
Gradwat b’MA fil-Letteratura Ingliża u mħarreġ minn tutors tar-Royal Shakespeare Company fi Stratford-Upon-Avon, l-Ingilterra, Clive huwa għalliem kif ukoll attur, kittieb, direttur u produttur. Huwa wkoll il-fundatur ta’ Theatre Lab Malta, laboratorju tat-teatru li jħarreġ tfal, zgħazagħ u adulti fid-drama u r-reċtar. Clive kien wieħed mid-diretturi ta’ L-Għarusa (TVM).
Għat-teatru, Clive kiteb, pproduċa, u ħa sehem fid-drammi Meta Ġrejna Wara x-Xemx (2019) u Fejn Jeħodna r-Riħ (2017) li ttellgħu b’suċċess kbir fi Spazju Kreattiv. Bħala attur, ix-xogħol tiegħu jinkludi 13-il dramm fit-Teatru Manoel. Clive idderieġa wkoll għadd ta’ spettakli, fosthom Sulluzzu, Dar Darun u, għal sentejn konsekuttivi, iz-zewġ drammi li eventwalment rebħu l-ewwel post fil-Festival tat-Teatru Soċjali li ttella mid-Drama Centre u Aġenzija Żgħażagħ fl-2012 u l-2013.
Għat-televixin, Clive kiteb Anġli: Kapitlu Ġdid (TVM), Iż-Żona (TVM), u numru ta’ films qosra bħal Il-Bambin tal-Isptar. Irreċta f’ L-Għarusa, Ħbieb u Għedewwa u teleserji oħrajn.