Clare Aġius
Biografija
It-taħriġ teatrali sod ta’ Clare mill-età ta’ 15-il sena armaha bid-dixxiplina biex tinterpreta rwoli intensi matul id-deċennji li għaddew. Hija ħadmet ma’ diretturi u atturi lokali prominenti, u kellha rwoli ewlenin fosthom Yerma (Federico Garcia Lorca), Juliet u Portia (Shakespeare), u Salome (Oscar Wilde), li għalihom ġiet imfaħħra mill-kritiċi għar-reċtar mill-qalb tagħha, preżenza qawwija u vuċi distintiva. Clare vjaġġat lil hinn mill-gżejjer tagħna f’esperjenzi u proġetti teatrali, ma’ artisti lokali kif ukoll barranin. Hija marret fuq żewġ Inkontri tat-Teatru Ewropej; Londra (1996) u Istanbul (1998), il-XI Biennale għaż-Żgħażagħ Ewropej u Artisti tal-Mediterran f’Ruma (1999) li rrappreżentaw lil Inizjamend b’biċċa teatrali “devised” bit-titlu RIH, u fil-Festival ta’ Edinburgu fl-2002 segwit mill-Isvizzera, il-Polonja, il-Belarussja u L-Indja b’biċċa fiżika oriġinali tat-teatru KANDOR. Għal 6 snin sħaħ hija ħadmet fuq spettaklu etnografiku mal-Attur Brittaniku Matthew Scurfield li dar Malta u r-Renju Unit għal akklamazzjoni kbira. Lokalment, waqt li għandha karriera full-time bħala preżentatur u produttur tat-TV, hija ssib ħin biex tieħu sehem ukoll fi proġetti ta’ darba, ġeneralment ta’ natura profonda, li jippermettulha tesprimi ruħha bl-iktar mod intens u passjonat. Tħobb tirreċta imma hija impenjata bl-istess mod fil-proċess
ta’ provi ma’ atturi oħra li jaqsmu l-istess passjoni tagħha. Jien Inhobb Inti Tħobb, imtella’ fit-Teatru Manoel għal wirjiet multipli fl-2014 kien wieħed mid-drammi ta’ din ix-xorta. F’Dar il-Mediterran waqt Valletta 2018: Il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, hija hadmet ma artisti mill-Ewropa kollha f’Orfeo & Majnun; proġett interdixxiplinari ta’ mużika u teatru fejn kienet l-unika membru Malti tal-kast f’din il-produzzjoni internazzjonali. L-aktar parti teatrali ricenti kienet fl-Interrogazzjoni fejn hadmet fl-aktar spazju intimu tal-karriera taghha, dak ta salott ta dar privata!
Clare ħadmet f’xi films internazzjonali iżda tagħti kreditu lil wieħed mill-aktar punti ewlenin tal-karriera ta’ attriċi tagħha lir-rwol ta’ Sharin fl-ewwel film ċinematografiku Malti għal udjenza internazzjonali Simshar, li għalih rebħet ‘L-Aqwa Attriċi’ fil-Bridges International Film Festival 2015.