CHARLOTTE FORMOSA
Biografija
Charlotte Formosa bdiet il-karriera performattiva tagħha fi produzzjonijiet tad-drama fl-iskola sekondarja u wara kompliet issaħħaħ dan billi attendiet lezzjonijiet tal-kant bħala parti minn kor ma’ VocalBooth Studios għal erba’ snin. Hi studjat it-teatru ġewwa s-sixth form u ħadet sehem f’diversi workshops varji fosthom dak ta’ Maryann Chavez’s Contemporary Dance Workshop u The Application of Stanislavsky to Theatre of the Absurd Texts Workshop by Julian Jones. Matul dawn l-aħħar snin ħadmet ma’ diversi diretturi lokali fuq numru ta’ palkijiet rinomati bħal dak tal-MCC (The Addams Family: A New Musical), ġewwa Spazju Kreattiv (Ġiraffa Ħarbet minn Kastilja) u fit-Teatru Manoel (Il-Karnival fil-Manoel). Dawn l-aħħar sentejn ħadmet fuq kuntratti barra minn Malta ma’ TED group ġewwa Lanzarote, Canary Islands u Mallorca, Balearic Islands. The Women of George Cross Island, dokumentrarju kreattiv maqsum fi tmien partijiet, huwa l-proġett televiżiv riċenti tagħha fir-reċtar muri fuq l-istazzjonijiet lokali minn Ottubru.