Chantelle Micallef Grimaud
Biografija
Chantelle studjat fir-Royal Conservatoire tal-Iskozja wara li lestiet Masters fil-Musical Theatre u Masters fil-Kreattività u l-Innovazzjoni u gradwat bi grad fl-Ingliż u l-Istudji Teatrali mill-Università ta’ Malta. Ħadmet f’diversi produzzjonijiet fosthom, understudy ta’ Marta/Davinia fi Blanket Ban (Southwark Playhouse), Baroness Elsa von Shraeder f’The Sound of Music (Teatru Astra, Għawdex), id-Duka f’Two Gentlemen of Verona (Matchstick Theatre, Londra), Agave f’The Bacchae (Esmond Road Productions), in-narattur f’Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat (Teatru Astra, Għawdex), Lucid minn Twice Shy Theatre (Latitude Festival), Etelvina f’Angeleta u Etelvina (Little Angel Theatre London), Love Me Tinder Cabaret u Darling Ghost (Edinburgh Fringe Festival) u Wife in Blood Wedding (Teatru Manoel, Malta).
Hija l-kofundatriċi ta’ Prickly Pear Productions, li trawwem produzzjonijiet immexxija min-nisa u li jiċċelebraw kulturi diversi. Sa mill-2018, Prickly Pear Productions tellgħet produzzjonijiet oriġinali għal VAULT Festival, Camden Festival, Migration Matters Festival, Theatre Deli Sheffield, Beverley Puppet Festival, Camden People’s Theatre, Teatru Manoel u l-Edinburgh Fringe Festival.