Austin Camilleri

Disinjatur tas-Sett

Biografija

Dejjem lest biex jesperimenta, Austin Camilleri jaħdem b’mod simultanju u mingħajr ġerarkija fil-pittura, installazzjoni, l-iskultura, il-vidjow, l-użu tal-arkitettura u t-tpinġija biex jippreżenta l-ideat taż-żmien u t-traxxendenza. Billi jieħu mill-istorja tal-arti tal-Punent, il-kultura popolari u xbihat tar-rappreżentazzjoni popolari tal-poter, hu jesplora t-tensjoni bejn il-materjali u d-diġitali / il-personali u l-pubbliku, billi juża s-saffi bl-użu ta’ proċessi u tekniki multidixxiplinarji.

Ix-xogħlijiet tiegħu kienu esebiti b’mod estensiv f’xows solo u f’gruppi f’mużewijiet, galleriji privati u spazji publiċi fl-Ewropa, l-Amerka u l-Asja.