Anthony Ellul
Biografija
Anthony Ellul spiċċa l-kors tad-drama fl-MTADA fl-1982 u wara ngħaqad mal-kumpanija teatrali Actors’ Studio Tigne fejn ħa sehem fil-produzzjonijiet Caligula, The Maids, Summit Conference u The Jew of Malta. Fost il-partijiet ewlenin li ħadem insemmu Andri f’Andorra, Biff fid-dramm Death of a Salesman, Otello fid-dramm Otello ta’ Shakespeare, Petruchio f’The Taming of the Shrew, Ralph Mallory f’Moving Mountains u Peter Stockmann f’The Enemy of the People, fost ohrajn. Fl-1998 huwa waqqaf il-kumpanija teatrali TeatruMenz u ħadem il-parti ta’ Randall McMurphy f’One Flew Over the Cuckoo’s Nest, Mephisto fid-dramm Faust ta’ Goethe, Jake La Motta f’Raging Bull, Matt Poncelet f’Dead Man Walking u Caligula fid-dramm Caligula ta’ Albert Camus. Fuq it-televiżjoni ħadem f’diversi produzzjonijiet – Ġakbu f’Wirt, Tony fi Tlieta kontra Tlieta, Luigi f’Ġizelle, Brian fi ‘Grammi u n-Niċċa’ f’Division 7. Fl-2008 huwa rebaħ il-premju bħala l-aħjar attur f’parti prinċipali fil-Malta Television Awards għar-rwol tiegħu f’Ġizelle. Anthony idderieġa ukoll diversi produzzjonijiet teatrali u pantomini. Ħa sehem ukoll fi produzzjoni tar-RAI I Fantasmi di Portopalo.