Alison White

Direttriċi

Biografija

Il-karriera internazzjonali ta’ Alison White issa tinsab fit-52 sena tagħha u kienet tinvolvi bosta oqsma tan-negozju taż-żfin u d-divertiment: minn żeffiena, kantanta, għalliema u koreografa, għal prinċipal tal-iskola taż-żfin tagħha stess u direttur tal-kumpanija taż-żfin tagħha stess kif ukoll xogħol f’diversi pożizzjonijiet tal-kumitat nazzjonali. Kienet involuta fil-Kunsill taż-Żfin ta’ Malta minn meta twaqqaf fl-1995 u għenet biex dan jiżviluppa u jsir parti mill-arena internazzjonali. Il-passjoni, l-enerġija u l-esperjenza tagħha poġġewha fil-quċċata tal-qasam tagħha. Fl-2014 inħatret president ta’ ŻfinMalta. (Il-Kumpanija Nazzjonali taż-Żfin f’Malta).

Is-Sinjura White ħolqot il-koreografija għal bosta produzzjonijiet tal-palk fosthom: ir-rock opera nazzjonali ta’ Malta Ġensna (1981), Rocky Horror Show (2005), Seussical the Musical (2006), Il-Kennies tal-Ġenna (2014), u pantomimi annwali mat-Teatru Manoel u l-MADC. Is-Sinjura White ġiet maħtura koreografa ewlenija għal CHOGM 2015 u reċentement ħadmet ma’ kumpaniji korporattivi ewlenin, fejn fasslet spettakli ta’ divertiment (Sigma, MBR, Stars Group, Corinthia Palace, Hugo’s, Bay Street, Hill top, AX Holdings, IT Technology Solutions Ltd). Din is-sena, is-Sinjura White ġiet mistiedna minn Teatru Malta biex tagħmel il-koreografija tal-panto Maltija 60+ Ħax-Xjuh.

Is-Sinjura White ingħatat diversi premji; ġiet innominata għal Mara tas-Sena tliet darbiet, Tribute Award minn Super One, Lifetime Achievement Award minn MBR Publications, u l-MQR mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro. Din is-sena hija sena estremament speċjali għaliha, peress li l-iskola u l-kumpanija li hi waqqfet se jiċċelebraw l-40 sena anniversarju tagħhom.