Abel Hernández González
Attur
Biografija
Fl-2012 Abel beda l-Baċċellerat tiegħu fl-Istudji tad-Danza f’Codarts, fl-Università tal-Arti f’Rotterdam, fl-Olanda. Matul daż-żmien, ħadem ma’ għadd ta’ koreografi, fosthom Marina Mascarell, Jiří Kylián, Felix Landerer, Jan Martens u Steven Shropshire, u għamel tour madwar l-Olanda u internazzjonalment. Ħadem ukoll fi proġetti sajfin mal-kumpanija Trànsit Dansa fejn magħha dar il-Kolumbja. Wara l-istudji tiegħu, qatta’ sena apprentistat mal-kumpanija taż-żfin Nanine Linning fil-Ġermanja. Wara mar il-Litwanja fejn ħadem ma’ Šokio Teatras Aura għal staġun wieħed. Fl-2017 Abel ingħaqad ma’ ŻfinMalta Dance Ensemble.