Teatru Redifjuxin minn Mejju!
Hawn f’Teatru Malta ddeċidena li nagħmu podcast aħna wkol, u dan se nibdewh dax-xahar stess, f’Mejju! Immarkah fil-kalendarju tiegħek għax ġej Teatru Redifjuxin u qed nippjanaw li ma nżommu xejn lura f’dawn il-podcasts. Immexxi minn Stjanu Debono, l-ewwel serje se tinkludi għadd ta’ intervisti mal-kreattivi li jaħdmu fil-qalba ta’ kull waħda mill-produzzjonijiet li ġejjin hekk kif insegwuhom matul il-vjaġġi tagħhom ta’ R&D.
Isma’ sew u lesti ruħek għax għandna ħafna x’ngħidu!